Bidu interessanti tat-tieni rawnd tal-Gatorade Futsal League

  • Mar 08, 2016 10:58
  • Miktub minn iNews
"

    Bidu tajjeb tat-tieni rawnd tal-Gatorade Futsal League b’erba’ logħbiet mill-Ewwel Diviżjoni u żewġ logħbiet mill-Elite Round.

    Fl-Elite Round, Valletta kisbu dak li riedu meta għelbu lil Swieqi bl-iskor ta’ 9-4. Swieqi batew ħafna fl-ewwel taqsima, hekk kif il-Beltin skurjaw tliet darbiet. Fit-tieni taqsima, Swieqi pruvaw iwettqu reazzjoni iżda sabu lil gowlkiper Belti Gaetano Mallia, li lagħab minflok Neil Cuschieri u li kien f’forma tajba ħafna.

    Għal Valletta kellna doppjetti ta’ Xavier Saliba u Dejan Bizjak, flimkien mal-gowls ta’ Mohammed Elamari, Dylan Musu, Denis Di Maio, Jurgen Pace u awtogowl ta’ James Mangion.

    Il-gowls ta’ konsolazzjoni għal Swieqi waslu minn Boicho Marev, Fredrick Johansson u Daniel Sant.

    Fil-logħba l-oħra mill-Elite Round, kellna l-ikbar riżultat u l-ikbar rimonta li Luxol qatt setgħu jagħmlu. L-ewwel kwarta ta’ din il-partita kienet kontrollata mit-tim ta’ Msida li mar anki fil-vantaġġ permezz ta’ Floren Manea. Iżda Luxol irnexxielhom jiskurjaw darbtejn, qabel tmiem l-ewwel taqsima.

    Fit-tieni taqsima, Luxol ħadu l-kontroll assolut tal-logħba u skurjaw mhux inqas minn tmien gowls li bihom aċċertaw rebħa oħra bl-iskor ta’ 10-1.

    Għal Luxol kellna tripletta ta’ Carl Azzopardi, doppjetti għal Clint Cope u Celino Alves, filwaqt li Glenn Bonello, Frane Despotovic u Matthew Attard skurjaw gowl kull wieħed.

    Fl-Ewwel Diviżjoni kellna wkoll rebħa kbira għal Zebbug Rangers li għelbu lit-tim ta’ Gozo FC, bl-iskor ta’ 8-3. Wara l-ewwel taqsima, l-iskor kien diġa ta’ 4-1 favur iż-Żebbuġin. Wirja impressjonanti tad-duo Spanjol Anton Novoa Perez u Inigo Dolara li bejniethom skurjaw ħames gowls. Il-captain Jamie Portelli kellu wkoll prestazzjoni tajba u skurja darbtejn.

    Jean Paul Abdilla, Warren Zerafa u Godwin Buttigieg skurjaw għal Gozo FC.

    Sliema Wanderers bdew dan ir-rawnd ferm aħjar mill-bidu tal-kampjonat, meta għelbu lil Qrendi bl-iskor ta’ 7-3. Sliema kellhom vantaġġ ta’ tliet gowls wara biss ħames minuti logħob, bi Qrendi li skurjaw żewġ gowls qabel tmiem l-ewwel taqsima.

    Fit-tieni taqsima is-Slimiżi ħadu vantaġġ minn xi żbalji difensivi u skurjaw erba’ gowls oħra.

    Il-gowls Slimiżi waslu minn doppjetti ta’ Paul Bugeja, Aleksander Ribic u Christian Micallef, flimkien mal-gowl ta’ Mark Camilleri. Għal Qrendi kellna doppjetta ta’ Craig Pickard u gowl ta’ Antonello Brincat.

    Fl-ewwel diviżjoni wkoll, kellna żewġ partiti oħra mill-aktar eċitanti, b’distakk minimu fir-riżultat.

    Sirens sabu reżistenza kbira minn Marsascala, b’mod speċjali fit-tieni taqsima, meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-3. Għal Sirens kellna tripletta ta’ George Chircop, awtogowl ta’ Liam Gauci u gowl fl-aħħar 10 sekondi minn Ryan Gilmour Cassar. Il-gowls ta’ Marsascala, li saru kollha fit-tieni taqsima meta kienu erba’ gowls minn taħt, waslu mingħand Liam Gauci, Shaun Ebejer u Franklin Abela.

    L-istudenti universitarji ta’ Mdina Knights għal ftit ma ħadux dro, fil-konfront li kellhom kontra Mqabba.

    Mqabba fetħu kmieni l-iskor, permezz tal-plejer kowċ Kevin Loughborouogh. Minn naħa l-oħra Mdina ppruvaw jidħlu fil-logħba b’gowls ta’ Gaetano Gesualdi, Leo Muscat u Cleaven Portelli.

    Għaldaqstant Mqabba ħarġu rebbieħa l-iskor ta’ 4-3, permezz ta’ doppjetta ta’ Borja Fernandez Lopez u gowl ta’ Miguel Alcaraz.

    B’hekk Luxol jinsabu fil-quċċata tal-Elite Round b’39 punt, segwiti minn Valletta b’37 punt, Ħamrun b’logħba inqas għandhom 34 punt, Lija wkoll b’logħba inqas għandhom 31 punt, Swieqi għandhom 23 punt u Msida bi 22 punt.

    Fil-Klassifika tal-Ewwel Diviżjoni nsibu lil Zebbug Rangers b’21 punt, Sirens b’20 punt, Sliema Wanderers b’19-il punt, Mqabba b’14-il punt, Mdina b’9 punti, Qrendi u Marsasacala b’7 punti u Gozo FC b’punt wieħed biss.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0