Insalata bil-brunġiel mixwi u l-ispinaċi

  • Jan 02, 2016 08:06:20
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    tadam kbir frisk, imqatta' rqiq u mingħajr żerriegħa

    brungiel, mixwi fil-forn f'temperatura 160 Celsius għal siegħa (ħallih jiksaħ kompletament qabel tqaxxru u tqattgħu biċċiet),

    weraq tal-ispinaċi frisk, imnaddaf u biz-zkuk imneħħija

    Għad-dressing:

    50ml tahini

    4 mgħaref meraq tal-lumi

    150ml ilma

    sinna tewm imqattgħa rqiq

    2 mgħaref nagħniegħ frisk imqatta'

    niskata nagħniegħ imnixxef

    nofs kuċċarina għasel

    melħ

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    Metodu:

    Ħallat il-tewm, tahini, nagħniegħ frisk u nagħniegħ niexef, l-għasel u u l-meraq tal-lumi. Imbagħad żid l-ilma bil-mod il-mod u ħawwad kontinwament sakemm it-taħlita tkun lixxa. Żid il-melħ u poġġi d-dressing fil-friġġ għal siegħa. Żid aktar ilma jekk tixtieq, u fl-aħħar iż-żejt taż-żebbuġa. Ħawwad sew qabel tużaha.

    Biex tagħmel l-insalata, fi skutella trasparenti agħmel saff weraq tal- ispinaċi, saff tadam, saff brunġiel u ftit dressing. Irrepeti s-saffi u spiċċa bil-biċċiet tal-brunġiel. Ferra' d-dressing fil-wiċċ. Ħalli l-insalata toqgħod fil-friġġ għal siegħa qabel ma sservi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook