Soppa tal-fażola sewda

  • Jan 02, 2016 07:04:11
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    200g fażola sewda (black turtle beans),

    1 patata ħelwa mdaqqsa, imqaxxra u mqattgħa

    
werqa randa

    
4 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    basla mqaxxra u mqattgħa

    sinna tewm

    2 mgħaref nagħniegħ frisk imqatta'

    mgħarfa kosbor frisk imqatta'

    
nofs kuċċarina paprika

    
2 kikkri stokk


    nofs kuċċarina għasel


    4 mgħaref meraq tal-lumi


    melħ u bżar

    
niskata kosbor niexef


    Metodu:

    Xarrab il-fażola għal ftit sigħat. Laħlaħ u sajjar sakemm il-fażola tirtab. Biex jitħaffef il-proċess, żid nofs kuċċarina bikarbonat.

    Saffi l-fażola u warrab tliet mgħaref minnha biex iżżejjen il-wiċċ.

    Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa ġo borma kbira. Żid il-basla, it-tewm u l-patata ħelwa. Żid il-ħwawar, l-għasel u l-meraq tal-lumi u ħawwad. Żid l-istokk, il-melħ u l-bżar u ġib it-taħlita tagħli. Ħalliha ttektek sakemm il-ħxejjex jirtagħbu. Neħħi minn fuq in-nar. Żid il-fażola. Uża hand blender biex titħan is-soppa.

    Meta sservi, żejjen b'dadi tat-tadam frisk, bżar ikkulurit, yoghurt, qoxra tal-lumi maħkuka, kosbor frisk, il-fażola li warrabt u nagħniegħ frisk.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Ritratt: Gino Galea

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0