Soppa Bessara

  • Diċ 30, 2015 10:10:02
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    150g ful niexef (split broad beans),

    
4 sinniet tewm kbar


    mgħarfa żerriegħa tal-kemmun

    niskata trab tal-kemmun


    kuċċarina paprika iffumigata


    mgħarfa nagħniegħ frisk imqatta'

    niskata nagħniegħ niexef

    1/2 chili frisk għall-wiċċ, jekk tixtieq u ftit nagħniegħ, paprika u żejt taż-żebbuġa għall-wiċċ ukoll

    Metodu:

    Xarrab il-ful għal lejl. Laħlaħha u sajjarha. Żomm nofs il-ful imsajjar biex iżżidu wara li titħan is-soppa għal konsistenza aktar interessanti.

    Ġo taġen sajjar it-tewm fi ftit żejt taż-żebbuġa. Żid il-kemmun u nofs il-paprika iffiumigata. Żid il-ful u l-ilma li sajjartu fih, 4 kikkri ilma oħra u ġibhom jagħlu. Żid melh u bżar, nofs in-nagħniegħ frisk u niskata nagħniegħ niexef.

    Uża handblender biex titħan is-soppa. Żid il-ful li rfajt, ħawwad u saħħan bil-mod. Servi bi ftit nagħniegħ frisk u żejt taż-żebbuġa fil-wiċċ. Żejjen bi ftit biċċiet ta' chili frisk aħmar jekk tiggustah. Servi mal-ħobż frisk.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0