Krustini bid-dqiq spelt

  • Diċ 30, 2015 09:47:39
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    400g dqiq spelt

    2 kuċċarini baking powder

    niskata melħ

    mgħarfa cornflour

    100g butir f'temperatura ambjentali

    100 g zokkor jew l-ekwivalenti fi stevia (segwi l-istruzzjonijiet fuq il-vażett),

    qoxra maħkuka ta' larinġa u lumija

    3 bajdiet

    ftit qtar essenza tal-vanilla

    kikkra pistaċċi mqattgħin

    kikkra cranberries imqattgħin

    Ilma kiesaħ , miżjud ftit ftit (kuċċarina kull darba sakemm tagħqad l-għaġina),

    Metodu:

    Għarbel id-dqiq , żid il-baking powder u l-cornflour. Żid il-melħ, il-vanilla, il-pistaċċi, il-cranberries u l-qxur taċ-ċitru.

    Uża mixer tal-elettriku biex tħallat iz-zokkor u l-butir sakemm ikollok konsistenza kremuża. Żid il-bajd waħda waħda u ħawwad b'veloċità baxxa. Żid l-ingredjenti xotti u b'mgħarfa tal-metall ħawwad sew sakemm ikollok għaġina.

    Żid kuċċarini ta' ilma ftit ftit jekk hemm bżonn .

    Kebbeb l-għaġina fil-cling film u poġġiha fil-friġġ għal siegħa.

    Aqsam l-għaġina fi tlieta jew erba' porzjonijiet. Ifforma rombli u poġġihom fuq dixx tal-ħami miksi bil-karta forn. Aħmi ġo forn imsaħħan minn qabel f'temperatura ta' 160 grad Celcius sakemm il-kulur tagħhom jigi dehbi.

    Ħallihom jiksħu kompletament, imbagħad qatta' r-rombli fi flieli ħoxnin xi 1ċm. Aħmi għal darb'oħra sakemm jiġu jqarmċu, ġo forn b'temperatura baxxa għal madwar 7 minuti fuq kull naħa.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0