Sunderland bi ftehim mal-Akkademja Justin Haber

  • Lul 14, 2012 09:07
  • Miktub minn
"

    Il-klabb tal-futbol Ingliż Sunderland għamel ftehim biex jagħti pariri lil akkademja tal-futbol ibbażata f’Malta u mmexxija mill-eks-plejer ta’ Sheffield United u tat-tim nazzjonali Malti Justin Haber.

    Dan il-klabb Ingliż se jikkollabora mal-Akkademja Justin Haber, fejn tfal minn sitta sa 17-il sena jirċievu taħriġ biex jipprovaw jilħqu l-ħolma tagħhom li jilagħbu l-logħba tal-futbol fuq bażi professjonali.

    Sunderland se jkunu qegħdin jaqsmu l-esperjenza li għandhom u anke jagħtu l-pariri tagħhom bħala esperti dwar is-sistema akkademika ma’ dan iċ-ċentru li mistenni jiftaħ f’Settembru li ġej.

    Il-Maniġer tal-akkademja ta’ Sunderland, Ged McNamee qal li din hi opportunità kbira għal Sunderland biex jaqsmu l-valuri kulturali tal-programm akkademiku tagħhom f’pajjiż fejn hemm passjoni kbira għall-futbol.

    Rigward Justin Haber, McNamee faħħru u qal li hu persuna ddedikata ħafna u għandu entużjażmu kbir biex jiżviluppa programm ta’ kowċing tal-futbol li jkun strutturat biex ikun jista’ jagħti ċans lit-tfal żgħar li jkollhom l-aqwa opportunità possibbli biex iwettqu l-ħolma tagħhom fil-futbol. Sunderland huma kuntenti li qegħdin jaqsmu miegħu din il-viżjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0