Rock Cakes mingħajr butir

  • Diċ 17, 2015 12:37:01
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    350g dqiq self-raising

    niskata melħ

    nofs kuċċarina baking powder

    nofs kuċċarina bikarbonat

    175g zokkor, jew 100g stevia u mgħarfa għasel

    1/4 ta' kuċċarina noċemuskata

    1/2 kuċċarina mixed spice

    200g rkotta

    125g passolina, konfettura, jew ċirasa - li jogħġbok

    2 bajdiet

    ħalib jekk għanek bżonn

    Metodu:

    Għarbel id-dqiq. Ħaddem l-irkotta ġod-dqiq bil-ponot ta' subgħajk. Żid l-ingredjenti xotti kollha. Ħawwad. Żid il-bajd u biżżejjed ħalib biex it-taħlita jkollha 'dropping consistency'. B'żewġt ifrieket aqbad porzjon wara ieħor mit-taħlita u poġġih fuq tilar. Id-dehra trid tkun raffa - kemm taqbadhom bil-furketta u tqegħidhom fuq il-baking tray mingħajr ma tiċċattja l-wiċċ. Aħmi fil-forn f'temperatura ta' 180 grad Celcius għal 20 minuta. Idlikhom b'għasel sħun meta toħroġhom mill-forn.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0