Tiġieġ bl-ispinaċi u l-artiċokks fil-forn

  • Diċ 17, 2015 12:36:32
  • Miktub minn 1
"

    Ingredjenti:

    500g sider tat-tiġieġ imsajjar u mqatta' biċċiet

    250g artiċokks imsajrin u mqattgħin

    250g spinaċi msajjar u mqatta', jew iffriżat jekk ma ssibx frisk

    basla mqattgħa u msajra

    sinna tewm maħkuka

    kikkra yoghurt

    kikkra mayonnaise

    nofs kikkra mozzarella maħkuka

    nofs kuċċarina riegnu niexef

    nofs kikkra cheddar maħkuk

    mgħarfa Grana Padano mahkuk

    melħ u bżar

    Matodu:

    Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien imma żomm ftit ġobon maħkuk u cheddar għall-wiċċ. Poġġi t-taħlita ġo dixx tal-forn midluk bi ftit żejt taż-żebbuġa. Ferrex il-ġobon maħkuk u ċ-cheddar fil-wiċċ. Aħmi fil-forn f'temperatura ta' 200 grad Celcius għal 30 minuta. Ħalli d-dixx joqgħod għal 10 minuti qabel ma sservi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0