Wara Spanja issa jmiss lis-Slovenja?

  • Lul 14, 2012 08:40
  • Miktub minn

    Fil-lista tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li kellhom jingħataw għajnuna finanzjarja issa jista’ jkun hemm ukoll is-Slovenja. Diversi aġenziji tar-rating naqqsu l-livell ta’ dan il-pajjiż.

    Din hija aħbar oħra ħażina mill-UE, wara li 'lbieraħ, l-Aġenzija ta' Kreditu Moody's naqset ir-rata tal-Italja minn A3 għall-Baa2.

    Lura lejn l-2004 meta s-Slovenja ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, hi kienet ikkonsidrata mill-midja Ġermaniża bħala “l-aqwa tal-klassi” jew inkella “l-istudent mudell”. Fil-fatt, ċerti esperti kienu qalu li ħadd mid-disa’ pajjiżi l-oħrajn li ssieħbu dik is-sena, fosthom Malta, ma kienu ppreparati daqshom.

    Minkejja dan, illum il-ġurnata l-midja tidher qiegħda tieħu pożizzjoni ferm differenti u l-verżjoni nbidlet li l-kriżi tal-ewro waslet anke fis-Slovenja u jekk is-Slovenja għandhiex bżonn għajnuna internazzjonali.

    Fil-preżent, l-uffiċjali Sloveni qegħdin jiċħdu li jista’ jkun il-każ. L-ispekulazzjoni qamet il-ġimgħa l-oħra meta l-Prim Ministru Sloven Janez Jansa qal li l-pajjiż seta’ jiffaċċja xenarju bħal dak tal-Greċja jekk il-parlament ifalli milli japprova leġiżlazzjoni li tillimita l-infiq pubbliku. Minkejja dan, il-Ministru tal-Finanzi qal li m’hemmx bżonn li jitolbu l-għajnuna mingħand l-Unjoni Ewropea. L-istess qal il-kap tal-bank ċentrali li ddikjara li f’dan il-mument m’għandhomx bżonn għajnuna.

    Min-naħa l-oħra, Hermine Vidovic mill-Istitut ta’ Vjenna dwar l-Istudji Ekonomiċi Internazzjonali (wiiw), wissa li l-kriżi tista’ ssir profezija li twettaq lilha nnifisha. Qalet li stqarrija ħażina minn politiku hi biżżejjed. Spanja u l-Portugall kienu għamlu l-istess stqarrijiet ftit qabel ma applikaw għall-għajnuna mal-Kummissjoni Ewropea.

    Fil-fatt, aġenziji tar-rating internazzjonali naqqsu r-rati ta’ kreditu tas-Slovenja, li jfisser li l-kundizzjonijiet tal-pajjiż sejrin lura fuq is-swieq finanzjarji. Is-self għas-Slovenja qiegħed jingħata b’rata ta’ interessi li titla’ għal 7%. Meta mqabbel mal-Ġermanja, li għandha ratings għoljin, din tħallas biss 2% bħala interessi fuq self.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0