Aġġornat: Tony Zarb fost dawk li ser jirċievu l-midalja ta' Ġieħ ir-Repubblika

  • Diċ 13, 2015 11:29:40
  • Miktub minn 1
"

    12:00: Kull sena f’Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta, f’isem il-Gvern u l-poplu Malti, tagħti ġieħ pubbliku lil għadd ta’ Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja b’ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Malta tagħti ġieħ ukoll lil dawk il-persuni ta’ nazzjonalità barranija li jkunu ddistingwew ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja, fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu tal-gżejjer Maltin.

    Din is-sena, iċ-ċerimonja ta’ investitura saret fil-Palazz, il-Belt Valletta, wara l-Parata Ċerimonjali f’Misraħ San Ġorġ.

    Matul iċ-ċerimonja ta’ din is-sena, il-Presidet ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, tat ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu lil tnax-il persuna, tnejn minnhom fuq bażi onorarja. Persuna oħra ngħatat Midalja għall-Qlubija filwaqt li ngħataw ħdax-il Midalja għall-Qadi tar-Repubblika lil persuni/gruppi oħra. Tnejn minn dawn tal-aħħar ingħataw wara l-mewt, wieħed minnhom fuq bażi onorarja.

    11:20: Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca f'messaġġ li għamlet għal Ġieħ ir-Repubblika tkellmet favur id-drittijiet tat-tfal fejn ħeġġet lill-Parlament ta' Malta biex iħarrsu d-drittijiet taż-żgħażagħ. Hi sostniet li l-faqar għadu jħabbat fuq il-bibien tas-soċjetà u minħabba f'hekk għandna naħdmu flimkien biex din il-problema titranġa.

    Aktar Qabel: Fost dawk li dalgħodu ser jirċievu l-midalja ta' Ġieħ ir-Repubblika hemm l-eks Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Tony Zarb. Din il-midalja hi meqjusa bħala l-ogħla unur li wieħed jista’ jirċievi mingħand il-Gvern ta’ Malta.

    Il-programm ta' attivitajiet għal Jum ir-Repubblika beda fid-9:30 ta’ dagħlodu bil-kontinġenti tal-Forzi Armati ta’ Malta, akkumpanjati mill-Banda, jitilqu minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re, il-Furjana, u jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, fejn se ssir parata.

    Fl-10.00 tibda ċ-ċerimonja tal-parata mill-Forzi Armati ta’ Malta. Jattendu l-President ta’ Malta, il-Prim Ministru, diversi personalitajiet distinti u mistednin oħra.

    Fil-11.00 issir iċ-ċerimonja ta’ investitura u tal-għoti ta’ midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill fil-Palazz, il-Belt.

    Fis-2:00 ta' waranofsinhar il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, se tqiegħed kuruna ta’ tifkira fuq il-Monument ta’ Malta Repubblika, il-Marsa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2