Kejk ta' Tuneż

  • Diċ 13, 2015 09:17:31
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    230g mascarpone
    230g zokkor jew ammont ekwivalenti ta' stevia
    230g dqiq spelt
    2 kuċċarini baking powder
    kuċċarina bicarbonate of soda
    mgħarfa ħall tat tuffieh
    2 mgħaref cornflour
    70g lewż mitħun
    5 bajdiet
    qoxra maħkuka ta' larinġa u lumija
    Għall-wiċċ wara li taħmi:
    300ml krema
    400g ċikkulata plain, maqsum f'biċċiet żgħar
    Metodu:
    Saħħan il-forn għal 160 grad Celcius. Iksi landa ta' 20ċm tal kejk bil-karta forn. Għarbel id-dqiq, il-cornflour, il-baking powder u l-bikarbonat. Poġġi l-ingredjenti l-oħra kollha ġo skutella u ħabbat bil-mixer sakemm it-taħlita tiġi lixxa. Żid magħha t-taħlita tad-dqiq u l-ingredjenti nexfin u uża l-metodu 'fold in' billi tħawwad bil-mod u tuża mgħarfa kbira tal-metall.
    Poġġi l-kejk ġol-landa tal kejk u aħmi għal 45 minuta. Ħallih jiksaħ kompletament. Għall-wiċċ, ferra' l-krema ġo borma żgħira u poġġiha fuq in-nar sakemm kważi tagħli, Neħħi mis-sħana, żid il-ċikkulata u ħawwad sakemm iddub. Meta tibred (iżda mhux tiksaħ kompletament), ferra' l-taħlita taċ-ċikkulata fuq il-kejk u ħalliha tibbies. Żejjen il-wiċċ bil-frott tal-pastarjali jew b'dak li jogħġbok.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0