Fażola Medames

  • Diċ 13, 2015 08:59:41
  • Miktub minn 1

    (Din hija ikla Eġizzjana li tittiekel għall-kolazzjon.),

    Ingredjenti:

    200g fażola msajra

    2 sinniet tewm

    basla mqattgħa

    melh u bżar

    bajda iebsa

    1/4 ta' kuċċarina fenugreek

    werqa randa

    1/4 ta' kuċċarina kemmun

    1/4 ta' kuċċarina paprika

    meraq ta' lumija

    qoxra ta' 1/4 ta' lumija maħkuka

    5 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    tursin frisk

    ġbejna friska

    Metodu:

    Qalli l-basla u wara żid it-tewm u l-ħwawar. Żid l-ingredjenti l-oħra ħlief il-bajd, it-tursin u l-ġbejna. Servi fuq platt u fil-wiċċ poġġi l-bajd iebes u l-ġbejna friska. Żejjen bit-tursin frisk.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Ritratt: Stefan Stafrace

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook