Dip taz-zunnarija

  • Diċ 13, 2015 08:51:28
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    sinna tewm

    6 zunnarijiet imdaqqsin

    żebbuġ biex iżżejjen il-wiċċ

    250ml yoghurt

    mgħarfa mayonnaise

    trab tal-kosbor

    Metodu:

    Ħokk iz-zunnarija. Sajjar iz-zunnarija ġo ftit żejt taż-żebbuġa u żid niskata trab tal-kosbor. Ġo skutella ħawwad il-yoghurt, il-mayonnaise u t-tewm. Neħħi z-zunnarija minn fuq in nar u ħalliha tiksaħ. Ħawwadha mat-taħlita tal-yoghurt u żejjen il-wiċċ biż-żebbuġ iswed. Ħalli d-dip fil-friġġ għal siegħa qabel ma sservih.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Diċ 20, 2015

    proset ta kollox inhobb narak issajar sa niprova dan id dip tal karroti tks

    Irrispondi