Kompetizzjoni bejn tmien timijiet tal-Premier

  • Lul 13, 2012 21:40
  • Miktub minn

    Tmien timijiet mill-Kampjonat Premier se jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ AME Cup 2012, bil-logħbiet tal-kompetizzjoni se jintlagħbu bejn il-Ħadd, 22 ta’ Lulju u l-Ħadd, 5 t’Awwissu, fil-Luxol Ground.

    Dan tħabbar minn Louis Agius, f’isem JPL Sport Events u Steve Abela, f’isem Luxol Events, iż-żewġ organizzaturi ta’ dan l-avveniment li taw id-dettalji dwar il-programm ta’ din il-kompetizzjoni.

    It-timijiet parteċipanti nqasmu f’żewġ gruppi, fejn fi Grupp A se jieħdu sehem Qormi, Birkirkara, Rabat Ajax u Sliema Wanderers filwaqt li Grupp B huwa ffurmat minn Balzan, Mosta, Tarxien Rainbows u Ħamrun Spartans.

    Agius saħaq li kull logħba se tintlagħab fuq 90 minuta fejn f’każ ta’ draw jingħataw il-penalties biex b’hekk kull logħba jkollha rebbieħ. Bħala punti, dak it-tim li jirbaħ tul id-90 minuta jingħata tliet punti filwaqt li meta logħba tintemm bil-penalties, ir-rebbieħ jingħata żewġ punti filwaqt li t-tellief jingħata punt.

    L-ewwel tim minn kull grupp jiffaċċja lit-tieni tim tal-grupp l-ieħor fis-semifinali, fl-istess waqt li minbarra l-finali se jintlagħbu wkoll ‘finali’ għat-tielet post, għall-ħames post u għas-seba’ post. Il-logħbiet se jkunu kkontrollati minn referis tal-MFA.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook