Ħbejżiet ta' Santa Luċija

  • Diċ 07, 2015 02:56:40
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    500g dqiq


    250ml ħalib xkumat

    
pakkett ħmira niexfa (11g),


    niskata żagħfran


    50g zokkor
 jew ekwivalenti ta' stevia

    
mgħarfa għasel


    bajda

    
35g butir

    
35ml żejt taż-żebbuġa 


    niskata melħ

    żbib isfar (golden raisins), għall-wiċċ

    bajda mħabbta għall-wiċċ

    Metodu:

    Poġġi l-ħalib ġo kazzola u saħħnu. Neħħih minn fuq in-nar u żid iż-żagħfran. Ħallih jiksaħ, imbagħad żid il-butir u ż-żejt taż-żebbuġa u ħawwad. Ġo bieqja kbira poġġi l-ħmira u d-dqiq. Żid iz-zokkor jew stevia, l-għasel u l-melħ. Żid it-taħlita tal-ħalib u l-bajda. Ħallat flimkien u għatti b'sarvetta nadifa. Ħalli t-taħlita f'post b'temperatura ambjentali għal lejl.

    L-għada fforma strixxa twila bl-għaġina u qattagħha f'biċċiet indaqs. Ifforma kull biċċa f'forma ta' S. Fin-nofs ta' kull naħa poġġi żbiba. Uża pinzell biex tidlek ftit bajd imħabbat fil-wiċċ. Aħmi fil-forn f'temperatura ta' 200 grad Celcius għal 20 minuta. Ħallihom joqogħdu għal 10 minuti qabel isservi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0