'Risotto' bil-faqqiegħ u l-mascarpone

  • Diċ 07, 2015 02:06:17
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    200g spelt

    100g faqqiegħ imqatta'

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    basla mqattgħa fin

    2 sinniet tewm imqattgħin fin

    100 inbid abjad

    litru stokk tal-ħaxix

    mgħarfa mascarpone

    ponn ħxejjex aromatiċi friski tal-għażla tiegħek, imqattgħin fin

    Metodu:

    Għaddas l-ispelt fl-ilma kiesaħ.

    Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f'kazzola. Żid il-basla u t-tewm u sajjar għal żewġ minuti, imbagħad żid il-faqqiegħ u sajjar għal żewġ minuti oħra.

    Saffi l-ispelt mill-ilma u żid mat-taħlita tal-faqqiegħ u l-inbid. Ħalli t-taħlita ttektek fuq nar baxx sakemm jevapora l-likwidu kollu. Ħawwad kontinwament. Żid il- mascarpone u ħawwad. Ferrex il-ħxejjex aromatiċi friski fil-wiċċ u ftit parmiġġan maħkuk.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook