Kannelloni bil-brunġiel minflok bl-għaġin

  • Diċ 07, 2015 01:16:03
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    8 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    2 brunġiliet kbar, imqattgħin għat-tul

    150g rkotta

    100g ġobon maħkuk

    1/4 ta' kuċċarina riegnu niexef

    2 sinniet tewm imqattgħin

    4 kuċċarini ħwawar friski

    100g buckwheat imsajjar

    bajda

    16-il werqa ħabaq frisk

    bott polpa tat-tadam

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 200 grad Celcius. Ipprepara dixx tal-forn bl-isprej tal-ħami.

    Idlek il-brunġiel biż-żejt taż-żebbuġa miż-żewġ naħat. Poġġi l-brunġiel f'dixx miksi bil-karta forn u sajjar għal 10 minuti fil-forn. Dawwar wara ħames minuti.

    Ħallat flimkien il-ġobon, ir-riegnu, it-tewm, il-ħwawar, il-bajda u l-irkotta. Żid il-melħ u l-bżar. Ħawwad sew billi tuża hand blender sakemm it-taħlita tiġi lixxa.

    Ifrex is-slices tal-brunġiel imsajjar fuq wiċċ nadif u poġġi fuqhom kuċċarina buckwheat u kuċċarini taħlita tal-irkotta. Fil-wiċċ poġġi 2 werqiet ħabaq. Gerbeb il-brunġiel forma ta' rombli u poġġihom f'dixx tal-ħami.

    Fil-wiċċ, ferrex il-polpa tat-tadam u l-ġobon maħkuk.

    Aħmi fil-forn għal 30 minuta f'temperatura ta' 170 grad Celcius.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0