Kebabs tat-tiġieġ biz-zalza tal-ħarissa

  • Diċ 07, 2015 06:24:47
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    2 isdra tat-tiġieġ, imqattgħin

    125 ml yoghurt

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    2 mgħaref meraq tal-lumi

    melħ u bżar

    Għaz-zalza tal-ħarissa:

    250g tadam frisk

    bżaru aħmar frisk

    2 sinniet tewm, maħkukin

    kuċċarina żerriegħa tal-kemmun

    mgħarfa ħall tat-tuffieħ

    1/2 kuċċarina trab tal-kosbor

    1/2 kuċċarina żerriegħa tal kosbor

    4 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    niskata melħ

    tazza mayonnaise

    Metodu:

    L-ewwel agħmel iz-zalza.Qaxxar it-tadam u qattgħu. Ħallat il-bżaru mqatta', it-tewm, il-ħwawar u l-ħall u itħanhom b'hand blender sakemm ikollok paste.

    Qatta' t-tiġieġ f'dadi. Iksihom bil-yoghurt, poġġihom ġo, dixx u iksi bl-istretch and seal u ħallihom fil-friġġ għal lejl. L-għada żid iż-żejt taż-żebbuġa, il-meraq tal-lumi, il-bżar u l-melħ. Poġġi t-tiġieġ f'dixx tal-forn u sajjar fil-forn f'temperatura ta' 200 grad Celcius għal nofs siegħa.

    Biex isservi, ħallat iz-zalza tal-ħarissa mal-mayonnaise. Poġġi t-tiġieġ fuq skewers tal-injam u servihom ma' skutella biz-zalza.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0