Gallettini Garibaldi

  • Diċ 06, 2015 07:46:20
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    120g dqiq self-raising

    niskata melħ

    25 ml żejt taż-żebbuġa

    stevia - l-ekwivalenti ta' 50g zokkor (ara t-tabella fuq il-vażett),

    2 mgħaref għasel

    2 mgħaref meraq tal-lumi

    bajda

    qoxra ta' nofs lumija

    qoxra ta' nofs larinġa

    niskata trab tal-kannella

    nofs pod vanilla

    70g passolina

    abjad ta' bajdabiex tidlek il-wiċċ tal-gallettini

    Metodu:

    Fi skutella kbira għarbel id-dqiq. Żid l-ingredjenti l-oħra ħlief il-passolina. Uża mgħarfa tal-metall kbira biex tħawwad l-ingredjenti flimkien u tifforma għaġina. Jekk l-għaġina hija xotta wisq, żid ftit qtar ilma sakemm ikollok il-konsistenza li tixtieq.

    Poġġi l-għaġina fi skutella u iksi. Ħalliha fil-friġġ għal mill-inqas siegħa.

    Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Ipprepara dixx tal-forn billi tisprejja sprej tal-ħami.

    Poġġi l-għaġina fuq id-dixx u iftaħha rqiq. Ferrex il-passolina fil-wiċċ u mbagħad itwi l-għaġina min-nofs u agħlaqha. Aqta' t-truf b'sikkina biex jiġu puliti. Qatta' l-għaġina f'biċċiet ta' madwar 3 ċm b'6ċm.

    Idlek il-wiċċ bl-abjad tal-bajd u aħmi l-gallettini fl-ixkaffa tan nofs għal 15-il minuta.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook