L-ewwel attività tal-istaġun tal-Milied tibda f'Ta' Sannat

  • Diċ 01, 2015 04:01:24
  • Miktub minn 1
"

    L-Organ Festival organizzat milll-Kunsill Lokali Ta’ Sannat huwa l-ewwel attività organizzata mill-kunsilli lokali permezz tal-Fond Għall-Attivitajiet Kulturali għall-istaġun tal-Milied.

    Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo matul żjara li għamel fil-bini tal-Kunsill Lokali Ta’ Sannat. Buontempo rrimarka kif, wara sena li fiha 44 kunsill lokali, kumitati reġjonali u amministrattivi bejniethom tellgħu 53 attività permezz ta’għotjiet mill-Fond Għall-Attivitajiet Kulturali, l-istaġun tal-Milied jidher li ser ikun mimli sewb’attivitajiet marbuta mal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.

    Is-Segretarju Parlamentari Buontempo faħħar lill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat talli sab niċċa marbuta mad-daqq tal-orgni, li huwa meqjus bħala r-re tal-istrumenti mużikali. Huwa nnota kif f’kull belt u raħal f'Malta u Għawdex, hemm orgni fil-knejjes tagħhom, u saħansitra hemm min għandu tnejn jew tlett orgnijiet, b’ numru sabiħ minnhom li nħadmu sekli ilu. “Barra minn hekk, pajjiżna huwa mogħni b’numru sabiħ ta’ organisti, b’uħud minnhom ta’ livell mondjali,”stqarr is-Segretarju Parlamentari.

    Għaldaqstant, is-Segretarju Parlamentari Buontempo, faħħar lill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat tal-inizjattiva u awguralu li, bħal ħafna kunsilli lokali oħrajn, ikompli jservi ta’ vetrina għall-artisti lokali u jservi biex iqarreb aktar lin-nies lejn il-kultura, l-arti, u l-mużika.

    L-Organ Festival huwa parti mill-Malta International Organ Festival illi qiegħed isir f'dan iż-żmien, taħt id- direzzjoni artistika ta' Joseph Lia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0