Aġġornat (2),: 400 operazzjoni fl-isptarijiet privati - 'Il-listi ta' stennija jċaħħdu l-aċċess' - Fearne

  • Diċ 01, 2015 05:15:35
  • Miktub minn 1
"

    17:14: F’kummenti li ta lil inewsmalta.com, is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li l-listi ta’ stennija jċaħħdu lin-nies fil-bżonn milli jkollhom aċċess għas-servizzi tas-saħħa li jkollhom bżonn.

    “Aħna nemmnu mhux biss li jkollna servizz tas-saħħa eċċellenti, imma wkoll servizz aċċessibbli, fil-ħin u sigur. Din l-inizjattiva, flimkien m’oħrajn u f’kollaborazzjoni mal-professjonisti fil-qasam tas-saħħa se tnaqqas il-lista ta’ stennija fil-qasam tal-ortopedija b’mod sinifikanti,” qal Fearne.

    Aktar qabel: Il-Gvern ħareġ sejħa għall-espressjoni ta’ interess biex isiru operazjonijiet fi sptarijiet privati. Dan il-proċess se jwassal biex isiru 400 operazzjoni iffukati l-aktar l-operazzjonijiet tal-ġenbejn u l-irkoppa u servizzi oħras relatati ma’ dawn l-operazzjonijiet. Dawn l-operazzjonijiet se jkunu mħallsa mill-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa mingħajr ħlas għall-pazjenti.

    Dan ħabbru l-Ministru Konrad Mizzi fuq twitter. F’kummenti lil inewsmalta.com il-Ministru Konrad Mizzi qal li din l-inizjattiva se tagħmel id-differenza fil-ħajja tal-pazjenti u l-familji tagħhom speċjalment fil-ħajja ta’ dawk l-anzjani li ilhom għal snin twal jistennew operazzjoni tal-irkoppa. Il-Ministru Mizzi rringrazzja lill-professjonisti u l-ħaddiema tal-isptar għall-impenn tagħhom biex jiżdiedu n-numru ta’ operazzjonijiet u s-servizz provdut.

    Din l-inizjattiva hija parti mill-programm tal-Ministeru biex jindirizza l-listi ta’ stennija tal-operazzjonijiet li ilhom għal bosta snin pendenti. Dawk il-pazjenti li jkunu ilhom l-aktar fuq il-lista ta’ stennija se jingħataw priorità.

    Il-programm, biex ikomplu jiġu indirizzati l-listi ta' stennija, jinkludi miżuri biex jiżdiedu l-operazzjonijiet f’Mater Dei, ħidma mas-settur privat fejn il-Gvern jikri l-faċilitajiet tas-settur privat, teknoloġiji ġodda li jiffaċilitaw l-operazzjonijiet u anke li jgħinu biex il-pazjent iqatta l-anqas ħin possibbli fl-Isptar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2