Soppa tal-artiċokks

  • Nov 30, 2015 10:54:47
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    4 sinniet tewm

    nofs basla mqattgħa

    niskata noċemuskata

    melħ u bżar

    500g artiċokks, maħsul u mqatta'

    2 kikkri stokk tal-ħaxix

    mgħarfa mascarpone mħallta ma' mgħarfa yoghurt

    tursin frisk għall-wiċċ

    Metodu:

    Poġġi ż-żejt taż-żebbuġa f'kazzola u żid il-basal u t-tewm fuq nar baxx. Ħawwad għal ħames minuti, imbagħad żid l-artiċokks. Sajjar għal żewġ minuti u żid l-istokk. Sajjar sakemm jagħli, imbagħad baxxi n-nar u ħalli l-borma ttektek għal 40 minuta. Neħħi minn fuq in-nar, ħalli s-soppa tiksaħ ftit u itħanha b'hand blender sakemm tiġi lixxa. Żid il-mascarpone u l-yoghurt. Saħħan u servi. Ferrex ftit tursin frisk fil-wiċċ.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Diċ 04, 2015

    Hi, nista namel artichokes tal bott fi zejt? u jekk iva kem namel pls?

    Irrispondi
  •  

Facebook