Għaġin bil-weraq tal-ġdur, inċova u burrata

  • Nov 29, 2015 01:11:34
  • Miktub minn 1

    Din hija riċetta tradizzjonali minn Puglia.

    Ingredjenti:

    weraq ta' 2-4 ġdur

    4/5 inċoviet immellħin

    sinna tewm

    niskata bżar aħmar jew jekk ma tħobbx l-ikel pikkanti uża paprika ħelwa

    żejt taż-żebbuġa

    ġobon Grana Padano

    burrata

    Metodu:

    Aqta' z-zkuk tal-ġdur u żomm il-weraq. Aħsel il-weraq. Imbagħad poġġihom ġo borma bi ftit mill-istess ilma tal-ħasil, daqs 1ċm, u sajjar għal ftit minuti. Meta tara li jibdew jitbielu, saffihom mill-ilma.

    Ġo taġen ieħor poġġi ż-żejt taż-żebbuġa, l-inċova, it-tewm u l-bżar aħmar jew paprika. Żid il-weraq tal-ġdur u sajjar għal 5 minuti.

    Għalli l-għaġin, saffih u ħawdu mat-taħlita li ppreparajt. Żid il-Grana Padano. Poġġi l-burrata fil-wiċċ qabel ma sservi. Jekk trid, tista' żżid ukoll ftit ġewż fil-wiċċ.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fi programm televiżiv. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook