John Terry jinħeles minn kull akkuża razzjali fil-konfront ta’ Anton Ferdinand

  • Lul 13, 2012 17:21
  • Miktub minn

    L-eks-kaptin Ingliż John Terry inħeles minn kull akkuża razzjali fil-konfront tal-plejer Anton Ferdinand.

    Id-difensur ta’ Chelsea u tat-tim nazzjonali Ingliż ċaħad li qatt għamel kummenti razzjali lill-plejer tal-Queens Park Rangers waqt partita f’Loftus Road, f’Ottubru li għadda.

    John Terry stqarr fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Westminster li hu kien sempliċiment qed jirrepeti dak li s-Sur Ferdinand kien għadu kemm qallu ftit minuti qabel. Terry saħaq li kienu qegħdin jinsulentaw lil xulxin.

    Ta’ min ifakkar li John Terry, ta’ 31 sena, ġie akkużat li għadda kumment razzjali lil Ferdinand waqt partita mill-Premier League fejn iddeskrivih bħala “iswed” waqt li uża kliem ħażin b’konnessjoni sesswali.

    Il-Maġistrat Howard Riddle qal li sema’ ammont kbir ta’ evidenza li turi li John Terry mhuwiex persuna razzjali biex b’hekk Terry inħeles minn kull akkuża.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0