Pepernoten: Gallettini tal-Milied mill-Olanda

  • Nov 15, 2015 06:15:59
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    kwart ta' kikkra icing sugar

    3 kikkri dqiq

    kwart ta' kuċċarina bżar

    tliet kwarti ta' kuċċarina kannella

    nofs kuċċarina allspice

    kwart ta' kuċċarina noċemuskata

    kwart ta' kuċċarina msiemer tal-qronfol

    kwart ta' kuċċarina bikarbonat

    kwart ta' kikkra butir

    2 bajdiet

    kwart ta' kikkra għasel

    ftit vanilla

    qoxra maħkuka ta' kwart ta' lumija

    niskata ginger

    Metodu:

    Saħħan l-għasel f'kazzola fuq nar bati. Ħawwad iz-zokkor miegħu sakemm jinħall. Neħħi mis-sħana. Żid l-ingredjenti l-oħra kollha. Imbagħad żid ftit ilma sakemm ikollok għaġina tajba. Għattiha bi clingfilm u qegħidha fil-friġġ matul il-lejl.

    Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Idlek dixx bl-isprej tal-ħami. Rembel porzjon tal-għaġina bejn idejk sakemm ikollok ħabel irqiq. Qatta' f'biċċiet żgħar u poġġihom fid-dixx. Aħmi għal 8 minuti jew sakemm il-gallettini jieħdu kulur dehbi. Neħħihom mill-forn u ħallihom jiksħu.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fi programm televiżiv. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    (Ritratt: Felix Cesare),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook