Imħallef jispira ruħu minn poeżija

  • Lul 13, 2012 16:59
  • Miktub minn
"

    L-imħallef Lawrence Quintano, ispira ruħu mill-poeta Samuel Taylor Coleridge u l-poeżija tiegħu “The Rime of the Ancient Mariner” meta ta s-sentenza tal-appell fil-konfront ta' kaċċatur.

    Is-sentenza tal-imħallef Quintano kienet fil-konfront ta’ Joseph Darmanin, ta’ 40 sena mill-Qrendi, li f’Lulju 2011 kien instab ħati mill-maġistrat Anthony Vella li fit-18 ta’ Mejju tal-istess sena, fl-Imqabba, spara lejn xi ċikonji. Dawn l-għasafar huma protetti bil-liġi. Il-każ sar ukoll barra l-istaġun tal-kaċċa kien magħluq.

    Kien instab ħati, fost oħrajn, li kien reċidiv, jiġifieri li kiser sentenzi oħrajn tal-Qorti tal-Maġistrati u kien ikkundannat sentejn ħabs kif ukoll multa ta’ €9,000.

    Darmanin appella quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali u l-imħallef Quintano ikkonferma l-ewwel sentenza barra għall-akkuża dwar jekk kienx reċidiv

    Fid-dawl ta’ dan il-fatt, l-imħallef Quintano bidel is-sentenza fil-konfront ta’ Darmanin minn waħda ta’ sentejn ħabs u €9,000 multa għal multa ta’ €4,658 li skont hu, hija l-massimu li seta jeħel u rrevokalu għal tliet snin kull liċenzja jew permess tal-kaċċa.

    “Il-qtil taċ-ċikonja għandu jnissel sens ta’ ħtija akbar minn dak li ħass il-baħħar xwejjaħ ta’ Samuel Taylor Coleridge li qatel l-albatross. Dan għandu jgħodd ukoll kieku din it-tajra ħelwa u li tiġbed tant simpatija ma kinitx protetta aħseb u ara li l-liġi tipproteġiha bis-sħiħ”, qal l-imħallef Quintano.

    Il-poeżija ta' Coleridge hija dwar bastiment maqbud fil-maltemp li jirnexxielu jsib baħar kalm wara li jsegwi albatross.

    Madankollu wieħed mill-baħrin jisparalu u l-bqija tal-baħrin iġiegħluh iġorr it-tajra m’għonqu bħala sens ta’ ħtija. Ikun fl-aħħar tal-vjaġġ, wara li sħabu kollha jmutu, li l-albatross jaqa’ minn ma’ għonq il-baħri u hemm tispiċċa s-sens ta’ ħtija fih.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0