Investiment ta' €3.5 miljuni mill-Air Malta

  • Lul 13, 2012 09:50
  • Miktub minn

    L-Air Malta għamlet investiment ta' €3.5 miljuni f’tagħmir għas-servizzi ġodda ta’ Ground Handling. Dan l-investiment għandu l-għan li jimmodernizza s-servizzi tal-linja tal-ajru f’dan il-qasam u jtejjeb l-istandards biex jingħata servizz ta' kwalità għolja, kemm lill-klijenti individwali tal-Air Malta kif ukoll lill-linji tal-ajru barranin klijenti tal-kumpanija, dan qalu Peter Davies, Kap Eżekuttiv tal-Air Malta.

    Il-lista ta' tagħmir akkwistat tinkludi 35 vettura fosthom vetturi li jġorru turġien twal mobbli tal-passiġġieri, vetturi li jissupplixxu enerġija eletrika lill-ajruplani, coaches tal-passiġġieri, vetturi tal-ġarr tat-tgħabija, tow trucks li jaħdmu bl-eletriku, 'ambulifts', 'air starter units', 'fork-lifters', 'cargo dollies', 'trolleys' li jġorru l-bagalji u l-merkanzija u diversi vetturi oħra.

    Davies qal li hija l-mira tal-Air Malta li tipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi tal-ajruport li jinkludu l-immaniġġjar tal-passiġġieri u servizz tac-check-in, l-iskortar tal-passiġġieri, il-passiġġieri fi-transitu minn Malta, is-servizzi ta’ bagalji u servizzi ta’ pjanar ta’ titjiriet.

    Il-passiġġieri kif ukoll l-linji tal-ajru klijenti tal-Air Malta jinkludu fost oħrajn l-Air France, Lufthansa, l-Alitalia, l-Grupp TUI, Egypt Air, SAS, German Wings, Adria Airways, JAT, Air Nostrum, Iberia, Air Bulgaria, Croatia Airlines, u Finnair. Klijenti tal-merkanzija oħra jinkludu d-DHL, Saudia, BCS / European Air Transport, Atlas Air, Cargolux u ACT Airlines.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0