Il-ħbejża ta' San Martin

  • Nov 09, 2015 07:18:03
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    400g dqiq plain

    niskata melħ

    pakkett ħmira instant

    50ml żejt ta-żebbuġa

    35g zokkor

    35g stevia

    ftit qtar essenza tal-vanilla

    250ml ħalib fietel

    ġunġlien

    mgħarfa għasel sħun

    ħelu kkulurit bis-sugu ġo fih

    Metodu:

    Għarbel id-dqiq u żid il-melħ. Żid iż-żejt taż-żebbuġa, il-ħmira, iz-zokkor u l-vanilla u ħawwad. Imbagħad żid il-ħalib fietel biex tagħmel għaġina. Poġġiha ġo dixx, għattiha u ħalliha toqgħod għal sagħtejn jew lejl sħiħ. Erġa' agħġen sakem l-għaġina tkun elastika. Ifforima ħbejżiet u poġġihom f'dixx miksi bil-kartaforn. Ħallihom joqogħdu għal siegħa sakemm jogħlew.

    Idlek il-wiċċ tal-ħbejżiet bl-għasel sħun u ferrex ftit ġunġlien fil wiċċ.

    Sajjar għal 20 minuta f'temperatura ta' 160 grad Celcius. Meta toħroġhom mill-forn idlikhom b'aktar għasel sħun billi tuża pinzell u poġġi ħelwa f'nofs il-wiċċ ta' kull ħbejża.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fi programm televiżiv. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0