Gallettini tal-Milied mill-Ġermanja

  • Nov 06, 2015 09:21:49
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    kwart ta' kikkra icing sugar

    3 kikkri dqiq

    nofs kuċċarina bżar abjad

    tliet kwarti ta' kuċċarina kannella

    nofs kuċċarina allspice

    kwart ta' kuċċarina noċemuskata

    kwart ta' kuċċarina msiemer tal-qronfol

    kwart ta' kuċċarina bikarbonat

    kwart ta' kikkra butir

    2 bajdiet

    kwart ta' kikkra għasel

    ftit vanilla

    qoxra ta' kwart ta' lumija

    niskata ginger

    Metodu:

    Saħħan l-għasel f'kazzola fuq nar baxx .Ħawwad iz-zokkor sakemm jinħall. Neħħi mis-sħana. Żid id-dqiq, il-melħ, il-ħwawar u l-bikarbonat. Imbagħad żid ftit ilma sakemm ikollok għaġina tajba. Għatti l-għaġina bil-clingfilm u qegħidha fil-friġġ matul il-lejl .

    Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Idlek dixx bl-ispray tal-ħami. Poggi ftit spray fuq idejk ukoll. Ifforma gallettini tondi u poġġihom fid-dixx. Aħmi fil-forn għal 20 minuta. Kif jkunu għadhom sħan iksihom bl-icing sugar.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fi programm televiżiv. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0