L-ajruplan Russu ma ġġarrafx minħabba ħsarat tekniċi jew żball mill-ekwipaġġ

  • Nov 02, 2015 20:37
  • Miktub minn 1
"

    Il-linja tal-ajru Russa li l-ajruplan tagħha ġġarraf fl-Eġittu s-Sibt li għadda u qatel lil kull minn kien abbord qalet li t-tiġrif ma setax ġie kkawżat minħabba ħsara teknika jew żball uman.

    Il-każ ta’ nhar il-Sibt li għadda fil-peniżola ta’ Sinai fl-Eġittu seta’ biss kien ir-riżultat ta’ xi “azzjoni teknika jew fiżika” biex wassal l-ajruplan jitkisser fl-arja u jitfarrak mal-art, sostna d-Deputat Direttur Ġenerali ta’ Kogalymavia, Alexander Smirnov.

    Hu ma speċifikax liema azzjoni setgħet kienet, iżda qal biss li kien f’idejn l-investigaturi uffiċjali biex jistabbilixxu dan.

    F’konferenza tal-aħbarijiet Smirnov qal li l-ajruplan kien f’kundizzjoni eċċellenti u għalhekk “aħna qed neskludu xi ħsara teknika jew xi żball mill-ekwipaġġ.” Huwa qal ukoll li ma kien hemm ebda sejħa ta’ emerġenza mill-piloti għal ser­vizzi fuq l-art tul it-titjira.

    Id-Deputat Direttur Ġenerali tal-Inġinerija, Andrei Averyanov, qal li l-magni tal-ajruplani kienu eżaminati t-tnejn u ma kien hemm l-ebda problemi u qal li l-ekwipaġġ ma rrapporta l-ebda problemi tekniċi fil-ħames titjiriet li saru mill-ajruplan qabel it-tiġrif.

    Oksana Golovina, rappreżentanta tal-kumpanija Kogalymavia, qalet li l-linja tal-ajru ma kinitx qed tesperjenza xi problema finanzjarja li b’xi mod jew ieħor setgħet influwenzat is-sigurtà tat-titjira.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0