Għaġin bil-pesto tal-pastard u l-burrata

  • Nov 02, 2015 18:59
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    pastarda mdaqqsa

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa u 3 mgħaref oħra għall-pesto

    kikkra stokk tal-ħaxix

    kikkra ħalib

    500g għaġin

    basla mqattgħa rqiq

    2 sinniet tewm

    nofs kikkra ħabaq

    nofs kikkra parmiġġjan

    10 cherry tomatoes, maqsumin min-nofs

    ġobon burrata

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Poġġi l-pastard f'dixx tal-forn u ferrex ftit żejt taż-żebbuġa. Aħmi għal 20 minuta sakemm jiġi kannella dehbi.

    Itħan il-pastard inkaljat, imma żomm ftit biex iżżejjen il-wicc. Żid l-istokk tal-ħaxix u l-ħalib fil-blender. Żid it-tewm, il-parmiġġjan, il-ħabaq u 3 mgħaref żejt taż-żebbuġa. Itħan.

    Sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett sakemm jiġi al dente. Saffi u warrab.

    Aqli l-basla fuq nar baxx, żid it-taħlita tal-pastard u sajjar għal 2-3 minuti. Ħawwad sew. Ħallat mal-għaġin u t-tadam. Fil-wiċċ poġġi biċċiet tal-burrata. Għatti bil-foil u aħmi għal 15-il minuta. Neħħi l-foil u aħmi għal 5 minuti oħra.

    Żejjen bil-ħabaq u biċċiet żgħar ta' pastard inkaljat li warrabt.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fi programm televiżiv. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook