Aġġornat: Ajruplan b'224 passiġġier jgħib minn fuq ir-radar - konferma li ġġarraf fis-Sinai

  • Ott 31, 2015 09:04
  • Miktub minn 1
"

    10:58 Qiegħed jiġi rrappurtat li Uffiċjali Eġizzjani qegħdin jgħidu li probabbilment il-persuni abbord, 224-il passiġġier, b’17 minnhom ikunu tfal ta’ bejn is-sentejn u s-17-il sena, u seba’ membri tal-ekwipaġġ, tilfu ħajjithom.

    Il-Prim Ministru Eġizzjan Sharif Ismail fforma kumitat biex jindirizza l-kwistjoni tat-tiġrif ta’ dan l-ajruplan. Qiegħed jiġi rrappurtat li fuq il-post intbagħtu madwar 50 ambulanza.

    Awtorità Żvediża tal-ajruplani sostniet li l-ajruplan deher li ma kellhux problemi waqt it-tlugħ imma 22 minuta wara li laħaq l-għoli t-tajjeb tal-ivvjaġġar intilef minn fuq ir-radar.

    L-ajruplan spiċċa inqasam fi tnejn, li parti żgħira fuq wara tal-ajruplan spiċċat maħruqa u l-parti l-kbira l-oħra tfarrket mal-blat. Mal-fdalijiet tal-ajruplan mill-ewwel instabet il-“kaxxa sewda”. Uffiċjal fuq il-post iddeskrivew dawk li raw bħala “xena traġika għall-aħħar”. Diversi persuna mejtin kienu għadhom marbutin biċ-ċinturin tas-sigurtà.

    Żewġ linji tal-ajru ewlenin fid-dinja, Lufthansa u Air France, iddeċidew li ma jħallux ajruplani jittajjru fuq il-peniżola ta’ Sinai sakemm tinkiseb spjegazzjoni ċara ta’ dak li kkawża l-inċident.

    09:40 Skont rapporti f'The Telegraph, l-ajruplan iġġarraf fit-tramuntana tas-Sinai qrib il-fruntiera ta’ Iżrael, jew aħjar viċin żona fejn l-armata Eġizzjana qiegħda tiġġieled kontra militanti leali lejn l-Istat Iżlamiku tal-Iraq.

    09:25 L-Uffiċċju tal-Prim Ministru Eġizzjan ikkonferma li l-ajruplan iġġarraf fiċ-ċentru tas-Sinai.

    09:20 Rapporti mhux konfermati qed jindikaw li l-ajruplan iġġarraf fl-Eġittu.

    09:15 It-titjira tal-Kolavia/Metrojet bin-numru 7K9268 sparixxiet minn fuq ir-radar 23 minuta wara t-tluq mill-ajruport ta' Sharm El-Sheikh. Issa ġie stabbilit li l-ajruplan tat-tip A320 kien qed iġorr 217-il passiġġier u seba' membri tal-ekwipaġġ. Fost dawk abbord kien hemm 17-il tifel u tifla.

    Rapporti li l-pilota għamel kuntatt mat-torri tal-kontrol Tork qed jiġu miċħuda.

    Aktar qabel: Ajruplan reġistrat ir-Russja, b'madwar mitejn passiġġier abbord, sparixxa minn fuq ir-radar waqt li kien qed itir fuq il-peninżula tas-Sinai fl-Eġittu. Jidher li l-kontrolluri tal-ajru tilfu kull kuntatt ma' dan l-ajruplan.

    L-ajruplan kien fi triqtu lejn ir-Russja minn Sharm el-Sheikh u abbord kien hemm bosta turisti Russi.

    Aktar dettalji hekk kif jaslulna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0