Il-qorti Pollakka tirrifjuta l-estradizzjoni Amerikana lil Roman Polanski

  • Ott 30, 2015 17:12
  • Miktub minn 1
"

    Qorti fi Krakovja ħadet deċiżjoni kontra t-talba tal-Istati Uniti biex testradixxi d-direttur tal-films Roman Polanski talli kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tifla ta’ 13-il sena fl-1970.

    Polanski, li ammetta l-akkuża, kien ħarab mill-ġustizzja tal-Istati Uniti qabel ma ngħata l-pieni fl-1978.

    Ir-raġel ta’ 82 sena għandu ċittadinanza Franċiża u Pollakka. Hu jgħix fi Franza, iżda jqatta’ ħafna żmien fil-Polonja għal xi proġett.

    L-awtoritajiet Svizzeri ċaħdu mandat ta’ estradizzjoni Amerikana fl-2010, wara li poġġew lil Polanski taħt arrest domiċiljari għal disa’ xhur. L-inħawi attwali tiegħu mhumiex ċari.

    Polanski trabba fil-Polonja u huwa meqjus bħala wie-ħed mill-akbar artisti ħajjin tal-pajjiż, hu kien rebaħ Oscar għall-film The Pianist, li partijiet minnu nġibdu fil-Polonja.

    Hu baqa’ ħaj wara t-Tieni Gwerra Dinjija fil-ghettos ta’ Krakovja iżda ommu kienet mietet f’Auschwitz.

    Il-votanti Pollakki tellgħu gvern konservattiv fl-aħħar ġranet u uffiċjali mill-partit tal-Law and Justice qalu li Polanski għandu jintbagħad l-Amerka biex jiffaċċja l-ġustizzja.

    Fl-1977 Polanski kien ġie arrestat u akkużat għal sensiela ta’ reati relatati mas-sess ma’ tifla ta’ 13-il sena. Dawn l-akkużi waqgħu wara li ammetta l-ħtija għal sess li ma kienx illegali.Fl-1978 beda jibża’ li setgħa jiffaċċja ħabs fit-tul, u għalhekk Polanski jaħrab lejn ir-Renju Unit u mbagħad lejn Franza. Bħala ċittadin ta’ Franza, huwa kien protett minn estradizzjoni limitata tal-pajjiż mal-Istati Uniti.

    Fl-2009 l-Istati Uniti tiċħad it-talba ta’ Polanski biex il-każ jiġi miċħud. Hu u jżur aktar tard l-Isvizzera, huwa jiddaħħal il-ħabs, imbagħad jinżamm taħt arrest f’daru wara talba għall-estradizzjoni fl-Istati Uniti.

    Fl-2010 l-awtoritajiet Svizzeri jiddeċiedu kontra li jestradixxu lil Polanski u jeħilsuh. Fl-2014 Polanski jiġi interrogat mill-prosekuturi fil-Polonja, li jaġixxu fuq talba tal-Istati Uniti. Huwa jaqbel li jikkonforma mas-sistema ġudizzjarja Pollakka li huwa jeżamina l-kwistjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0