Malta ser ikollha t-tieni imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea

  • Ott 30, 2015 15:50
  • Miktub minn 1

    Il-Gvern Malti jesprimi sodisfazzjon li aktar kmieni din il-ġimgħa ntlaħaq qbil fil-Parlament Ewropew fuq il-proposta tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (UE), biex jiġu rduppjati n-numru ta’ imħallfin fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Wara l-qbil tal-Parlament jonqos biss il-qbil formali tal-Kunsill li mistenni jingħata fil-ġranet li ġejjin.

    Dan ifisser li pajjiżna se jkollu żewġ imħallfin fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll imħallef ieħor fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

    Matul id-diskussjonijiet Malta baqgħet issostni li t-tkabbir tal-Qorti huwa bżonnjuz u li l-aħjar mod kif dan it-tkabbir isir huwa billi kull stat membru jkollu d-dritt li jinnomina imħallef. Din ir-riforma se tiġi implimentata fuq medda ta’ erba’ snin fi tliet fażijiet u Malta hija fost tnax-il stat membru li ser ikollha t-tieni mħallef fl-ewwel fażi tar-riforma.

    Il-Gvern Malti aġixxa tempestivament u fil-ġimgħat li għaddew nieda proċess miftuħ u kompetittiv għal kull min kien interessat li jiġi nominat bħala l-kandidat Malti għal din il-kariga - suġġett li jintlaħaq il-qbil fil-Parlament Ewropew kif fil-fatt sar. Il-Bord ta’ evalwazzjoni, presedut mill-eks imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Dott Ena Cremona, wara skrutinju, unanimament ta parir lill-Gvern Malti sabiex jinnomina lill-Prim Imħallef Dott. Silvio Camilleri bħala l-kandidat Malti għal din il-kariga.

    Il-Gvern Malti għalhekk illum għadda biex innomina formalment lill-Prim Imħallef Dott. Silvio Camilleri bħala l-kandidat Malti għal din il-kariga.

    Dr Silvio Camilleri gradwa bħala avukat fl-1975. Fl-2004 ġie appuntat Avukat Ġenerali u Prim Imħallef fl-2010. Dr Camilleri spiss għamel parti mid-delegazzjonijiet uffiċjali li rrapreżentaw lil Malta barra minn xtutna. Huwa wkoll irrappreżenta lil Malta f’diversi kumitati Ewropej u kien membru ta’ kumitati ta’ esperti li jittrattaw il-liġi kriminali u kwistjonijiet kostituzzjonali.

    Dr Camilleri kien il-President tal-Kumitat Ewropew dwar l-Iżvilupp tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Kumitat għall-Evalwazzjoni tal-‘Miżuri dwar il-ħasil tal-flus’. Għal numru ta’ snin hu kien ukoll aġent tal-Gvern quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u invoka f’isem Malta quddiem dawn l-istess qrati.

    In-nomina issa tmur quddiem panel imwaqqaf taħt l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar it-Tħaddim tal-Unjoni Ewropea li jagħti parir kunfidenzjali lill-istati membri.

    Għal dan il-għan, il-kandidat innominat mill-Gvern ser ikun mitlub jattendi seduta quddiem dan il-panel fil-ġimgħat li ġejjin.

    Il-Gvern jemmen li l-Prim Imħallef Camilleri huwa kandidat li għandu l-ħiliet meħtieġa biex jokkupa kariga tant kruċjali.

    F’każ li l-Prim Imħallef Camilleri jirnexxilu jikseb opinjoni pożittiva mill-panel u b’hekk qbil mill-istati membri għall-hatra tiegħu, il-Gvern jgħaddi sabbiex jagħmel pronunzjamenti ulterjuri dwar il-mili tal-vakanza konsegwenzjali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0