Tinħatar l-ewwel President mara fin-Nepal

  • Ott 30, 2015 12:32
  • Miktub minn 1
"

    Il-Parlament ta’ Nepal għażel Bidhya Devi Bhandari bħala President. Għan-Nepal din kienet l-ewwel darba li għażel persuna femminili. Bidhya Devi Bhandari kienet attivista qalila għad-drittijiet tan-nisa.
Hija għandha 54 sena u qabel ġie maħrura hi kienet il-Viċi President tal- Partit Komunista fin-Nepal (United Marxist Leninist),.

    Is-Sinjura Bhandari kienet Ministru tad-Difiża mill-2009 sal-2011. Bħala President, hi wegħdet li tgħin lil minoranza u tkompli taħdem għad- drittijiet tan-nisa fin-Nepal.

    Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Parlament tan-Nepal għażel ukoll Prim Ministru ġdid, KP Sharma Oli. Bidhya Bhandari hija persuna qrib ħafna tal- Prim Ministru l-ġdid għax ġejjin mill-istess Partit Komunista. Hija ilha attivista politikament f’soċjetà ddominati mis-sess maskili.

    Hi kient ġiet eletta fil-Parlament wara ftit ġranet li r-raġel tagħha li kien politikant ukoll, miet b’mod suspettuż ħafna f’ħabta ta’ karozzi.

    Xi wħud staqsew ukoll dwar il-kredenzjali femminista tagħha, hekk kif hi appoġġjat xi liġijiet dwar iċ-ċittadini li allegatament imorru kontra n-nisa. Madankollu hija rnexxielha li tiżgura li fil-Parlament ta’ Nepal ikun hemm kwota ta’ terz li huma nisa fil-Parlament.

    Il-ħatra tagħha ġiet ftit wara li n-Nepal stabbilixxa liġijiet kostituzzjonali ġodda f’Settembru li kellhom il-mira li jistabbilizzaw l-pajjiż, iżda li s-sitwazzjoni spiċċat fi ġlied u vjolenza kbira fejn madwar 40 persuna kienu mietu.

    Il-kostituzzjoni tiddefinixxi l-maġġoranza tan-nazzjon Hindu bħala repubblika sekulari maqsuma f’seba pro- vinċji federali. Iżda l-gruppi etniċi fin-Nofsinhar tan-Nepal iridu aktar territorju u drittijiet għall-istati federali etniċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0