Gateau tal-kafè

  • Ott 28, 2015 14:46
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    2 mgħaref kafè u misħun jagħli

    80g zokkor

    100g marġerina

    2 mgħaref kokodina

    2 bottijiet krema Nestle

    Grokk brandy

    4 pakketti gallettini Morning Coffee

    Għall-wiċċ: bott krema Nestle, 150g ġellewż imfarrak u ċikkulata maħkuka

    Metodu:

    Agħmel żewġ maggijiet kafè. Ħabbat iz-zokkor u l-marġerina sakemm it-taħlita tiġi bajda u ħafifa. Żid il-kokodina, ħawwad ftit ieħor u żid il-krema u l-brandy. Ħabbat għal ftit minuti sakemm it-taħlita tiġi lixxa u konisistenti. Bill il-gallettini fil-kafè u agħmel saff minnhom fil-qiegħ ta' reċipjent tal-foil. Iksi l-galletini b'saff irqiq tat-taħlita tal-krema. Ibqa' irrepeti sakemm tispiċċa b'saff taħlita tal-krema fil-wiċċ. Poġġi l-gateau fil-friġġ għal lejl. Siegħa qabel ma sservih, ferra' bott krema Nestle fil-wiċċ u ferrex ftit ġellew imfarrak u ftit ċikkulata maħkuka.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fi programm televiżiv. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0