Jinħatar kumitat ġdid tal-Għaqda tal-Malti – Università

  • Lul 13, 2012 09:53
  • Miktub minn

    Nhar it-Tnejn, 4 ta’ Ġunju, 2012, waqt Laqgħa Ġenerali Straordinarja f’Dar l-Istudent, fl-Università ta’ Malta, inħatar kumitat ġdid tal-Għaqda tal-Malti – Università biex jissokta bil-ħidma b’risq il-Malti, il-letteratura lokali u l-oqsma kollha l-oħrajn marbutin mal-identità ta’ pajjiżna, speċjalment fost l-istudenti Universitarji.

    Il-kumitat ‘ad interim’, maħtur għal sena, huwa magħmul minn Bernard Micallef (il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti),, Emanuel Psaila (President),, Marcel Zammit Marmarà (Viċi President),, Stefan Bezzina (Segretarju),, Maurice Mifsud Bonnici (Teżorier),, Dwayne Ellul (Assistent Teżorier),, Leanne Ellul (Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi),, Josette Attard u William Incorvaia.

    L-Għaqda tal-Malti – Università twaqqfet bil-ħidma ta’ żewġ studenti tal-Mediċina, Rużar Briffa u Ġużè Bonnici fis-26 ta’ Jannar, 1931, li bdew joħorġu l-Leħen il-Malti fl-istess sena. Matul is-snin mexxew l-Għaqda l-Professur Pietru Pawl Saydon, il-Professur Ġużè Aquilina, il-Professur Dun Karm Sant u l-Professur Oliver Friggieri.

    Fl-1988 it-tmexxija għaddiet f’idejn l-istudenti u fost il-ħidma li twettqet matul is-snin insibu l-ewwel Kungress Letterarju Malti (1993),, it-twaqqif tal-mafkar lill-Poeta Nazzjonali fil-Furjana (2000),, inħawi fl-Università msemmija għall-kittieba Maltin magħrufin (Sala Pietru Pawl Saydon, Sala Temi Zammit, Sala Erin Serracino Inglott, Pjazzetta Dun Karm u l-Atriju Vassalli),, korsijiet speċjalizzati, tnedijiet ta’ kotba, il-pubblikazzjoni tas-Sensiela Vassalli u l-organizzazzjoni tal-konferenzi f’ġieħ Dun Karm u Mikiel Anton Vassalli.

    Dawk l-istudenti li jixtiequ jissieħbu fl-Għaqda tal-Malti u skont ir-regoli huma jistgħu jagħmlu dan, għandhom jiktbu ittra u jibagħtuha flimkien mal-ħlas ta’ ¢5 għal sena lill- Maurice Mifsud Bonnici fuq l-indirizz “Dar is-Sagħtar”, Triq il-Fortizza tal-Mosta, San Pawl tat-Tarġa, In-Naxxar, NXR 2303. Il-membri li diġà huma mseħbin fl-Għaqda huma mħeġġin jibagħtu l-ħlas ta’ ¢5 mill-aktar fis fl-indirizz postali msemmi.

    Min ikollu xi kummenti jew mistoqsijiet jista’ jagħmilhom billi jibgħat ittra elettronika fuq l-indirizz ghaqdatalmalti@gmail.com. Inħeġġukom biex iżżuru s-sit tal-Għaqda, www.ghaqdatalmalti.webnode.com u tidħlu fuq il-paġna ta’ Facebook.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0