Għaġin bil-pesto tal-brunġiel u l-burrata

  • Ott 26, 2015 14:21
  • Miktub minn 1
"

    Ingredjenti:

    
2 brunġiliet

    3 mgħaref żejt taż-żebbuġa


    4 sinniet tewm


    mgħarfa tursin

    
2 mgħaref ħall balsamiku jew ħall tat-tuffieħ

    cherry tomatoes

    burrata ffumigata

    tursin 


    melh u bżar

    
ponn ħabaq frisk jew ħwawar friski tal-gosti tiegħek


    500g għaġin

    Metodu:

    Poġġi l-brunġiel fil-forn f'temperatura ta' 180 grad Celcius għal 40 minuta. Oħroġhom mill-forn u ħallihom jiksħu. Qaxxarhom u poġġi l-mili ġo skutella.
    Ħallat magħha l-ingredjenti kollha minbarra ċ-cherry tomatoes u l-burrata ffumigata.

    Uża hand blender biex titħan it-taħlita sakemm tiġi lixxa. Jekk hemm bżonn żid ftit ilma jew żejt taż-żebbuġa. Sajjar l-għaġin, żid it-taħlita miegħu u poġġih f'dixx tal-forn. Fin-nofs tad-dixx poġġi l-burrata maqsuma min-nofs. Żejjen b'nofs iċ-cherry tomatoes. Daħħal l-għaġin fil-forn f'temperatura ta' 220 grad Celcius għal ħames minuti. Żejjen il-wiċċ bil-bqija taċ-cherry tomatoes u ferrex ftit ħabaq jew tursin fil-wiċċ.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fi programm televiżiv. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday


    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0