Ħobż bil-qargħa ħamra u l-ġobon tat-tursina

  • Ott 26, 2015 13:27
  • Miktub minn 1

    Ingredjenti:

    80ml żejt taż-żebbuga

    basla mqattgħa fin

    2 sinniet tewm imqattgħin fin

    250g qargħa ħamra mqattgħa biċċiet żgħar u msajra

    250g ġobon tat-tursina

    3 bajdiet

    300ml ħalib tal-coconut

    400g dqiq self-raising

    melħ u bżar

    Metodu:

    Poġġi mgħarfa miż-żejt taż-żebbuġa f'taġen u qalli l-basla u t-tewm sakemm jirtabu. Meta jsiru, żid il-qargħa ħamra msajra.

    Għarbel id-dqiq ġo skutella u żid il-melħ u l-bżar. Warrab daqs 3 mgħaref ġobon. Li jibqa' itfgħu mad-dqiq u ħawwad.

    Ġo skutella żgħira ħabbat il-ħalib tal coconut, il-bajd u ż-żejt taż-żebbuga u żidhom mat-taħlita tad-dqiq u l-ġobon. Żid it-taħlita tal-qargħa ħamra u ħawwad b'mgħarfa tal-ħadid, sakemm jitħallat kollox. Poġġi t-taħlita ġo dixx baxx u ferrex il-ġobon tat-tursina li baqa' fil-wiċċ.

    Aħmi għal 20-25 minuta ġo forn li tkun saħħant minn qabel, f'temperatura ta' 180° C.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Lifestyle & Co' fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Ott 28, 2015

    nista pls nuza halib normail flok coconut milk?THANK YOU U proset ta kollox Lea veru niehu pjacir narak

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 29, 2015

    Iva tista Marianne tuza halib normali, meta rajtni naghmilhom uzajt il halib tal coconut ghal dawk li ma jistawx jieklu prodotti bla glutina imma halib normali tajjeb hafna ukoll

    Irrispondi
  •  

Facebook