Il-Partit Nazzjonalista mhux se jinxtara minn Joseph Muscat - P

  • Ott 22, 2015 17:49
  • Miktub minn 1
"

    Stqarrija mill-Partit Nazzjonalista tgħid li dalgħodu, il-media tal-Partit irċeviet offerta ta’ reklamar li tammonta għal għaxart elef ewro (€10,000), għal spots ta’ propaganda tal-Gvern dwar il-baġit. Dawn l-ispots diġa twaqqfu mill-Awtorita’ tax-Xandir meta l-Gvern prova jxandarhom fuq PBS aktar kmieni din il-ġimgħa.

    Akkost li jitlef dħul sostanzjali, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jirrifjuta din l-offerta u mhux se jxandar spots ta’ propaganda politika sfaċċata ta’ din ix-xorta.

    F’kumment minn Madrid fejn bħalissa qed jattendi l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal: “Il-Prim Ministru issa jrid jixtri anke lill-Partit Nazzjonalista. Din hija konferma tal-filosofija politika ta’ Joseph Muscat li għalih il-flus kollox u bil-flus mingħalih li jista’ jixtri kollox u lil kulħadd. Imma lilna mhux se jixtrina. Il-Partit Nazzjonalista mhux se jinxtara.”

    “Dan huwa l-mod kif il-Gvern qed jaħli flus il-poplu - fuq propaganda sfaċċata. Kien ikun ferm aħjar kieku l-Gvern uża l-flus li qed jaħli fuq din il-propaganda biex jindirizza l-problemi li qed jolqtu lin-nies bħal dawk li l-mediċina tal-kanċer tagħhom tiswa €3,000 fix-xahar u qed jitħallew ifendu għal rashom filwaqt li l-Gvern iberbaq il-flus fuq il-propaganda,” qal Simon Busuttil.

    La darba dawn l-ispots diġa’ twaqqfu mill-Awtorita’ tax-Xandir minn fuq PBS, il-fatt li l-Gvern xorta qed jipprova jxandarhom fuq stazzjonijiet privati juri l-arroganza tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista jistenna li l-Awtorita’ tax-Xandir tintervejni biex ma tħallix lill-Gvern ixandarhom fuq One TV għax b’hekk ikun qed jiffinanzja indirettament lill-istazzjon tal-Partit Laburista stess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    5