€165,000 għall-baħħara li kienu ilhom xhur ma jitħallsu

  • Lul 13, 2012 15:35
  • Miktub minn Charmaine Craus
"

    Il-Qorti ordnat ħlas lil grupp ta’ baħħara fuq il-bastiment MV Irmak. Dan ta’ ammonti dovuti lilhom, bħala paga, għax-xogħol li għamlu u li tiegħu ilhom ma jitħallsu diversi xhur.

    Jirriżulta li l-bastiment, li huwa rreġistrat it-Tanżanija, kien daħal Malta fil-5 ta’ Mejju 2011, wara li żviluppa ħsarat fil-magni tiegħu f’ibħra internazzjonali. Il-bastiment iddaħħal Malta għat-tiswijiet u kienet tqabbdet il-kumpanija Mediterranean Trading Shipping Company Limited bħala l-aġent tal-bastiment.

    Iżda, sa Jannar li għadda t-tiswijiet kienu għadhom ma bdewx u l-bastiment tħalla wieqaf fil-faċilitajiet tal-kumpanija Cassar Ship Repair. Eventwalment, il-Mediterranean Shipping Company fetħet proċeduri legali kontra d-diriġenti tal-bastiment wara li qalet li kienet forniet bosta servizzi lill-bastiment. Fosthom servizzi marbuta ma’ materjal, proviżjonijiet, provvisti u oħrajn għat-tħaddim, l-immaniġġjar, iż-żamma u l-manutenzjoni tiegħu. L-ammont dovut kien ilaħħaq iżjed minn €47,000.

    Il-kaptan tal-vapur, Abdullah Sahin, kien iddikjara li hu bagħat id-dokumenti kollha lis-sidien tal-vapur f’Istanbul, iżda kien għadu ma rċieva ebda risposta.

    F’din il-kawża, l-istess Kaptan, f’ismu personali u f’isem il-membri l-oħrajn tal-ekwipaġġ, li huma mit-Turkija u minn Georgia, ressaq rikors fejn intqal li huma baħħara fuq dan il-bastiment, u li ilhom għal diversi xhur ma jitħallsu ta’ xogħol li għamlu, liema pagi telgħu għal €165,475 sal-31 ta’ Mejju 2012 li għadda.

    Fil-verbal tal-10 ta’ Lulju l-Qorti kienet informata li saru numru ta’ tentattivi biex ikunu kkuntattjati “l-armaturi” tal-bastiment. Iżda, wara li rriżulta fin-negattiv, il-Qorti, kkundannat lill-bastiment iħallas l-ammonti dovuti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0