L-ewwel esperjenza għal Kyle Vassallo fil-kategorija ta’ Klassi “A”

  • Lul 13, 2012 15:30
  • Miktub minn
"

    Kyle Vassallo li jagħmel parti mill-iskwadra nazzjonali, għadu kemm ipparteċipa fit-tielet kampjonat Ewropew ta’ bejn is-16 u l-21 sena li sar f'Ateni l-Greċja. Din kienet esperjenza unika għal Vassallo għall-fatt li kienet l-ewwel darba li kkompeta f’kategorija ta’ Klassi “A”. Vassallo li kien ikkumpjanjat mill-kowċ nazzjonali Brian Saliba, l-għalliem tiegħu u ‘physical trainer’, tilef l-ewwel logħba tiegħu kontra l-Azerbajġan fejn l-avversarju wera li kien iktar ta’ esperjenza.

    Matul l-aħħar tal-ġimgħa tax-xahar ta’ Mejju, il-Federazzjoni Maltija tat-Taekwando kellha l-unur li jkollha fostha lill-Kwanjamnim (master), Christopher Vella (6th Dan Taekwondo), li kien hawn apposta biex imexxi numru ta’ sezzjonijiet, imexxi kompetizzjoni tal-Poomsae (forma),, kif ukoll imexxi l-eżamijiet taċ-ċinturin iswed.

    Kwanjamnim Vella li huwa l-ogħla awtorità fit-Taekwando għal Malta jgħix fil-Ġermanja u jaħdem fil-Lussemburgu, fejn ukoll jagħti taħriġ fit-Taekwando fi klabbs, kif ukoll lil studenti tal-iskola Ewropeja. Il-programm imħejji kellu l-qofol tiegħu fil-kompetizzjoni tal-Poomsae u l-eżamijiet taċ-ċinturin iswed.

    Il-Hapkimudo hija sistema bbażata fuq l-istil Korean tal-Hapkido però b’xi differenzi, speċjalment għax dan l-istil huwa iktar orjentat lejn id-difiża personali u kif ukoll għall-fatt li l-granmastru li żvilluppah kellu wkoll esperjenza fil-Kickboxing Korean, fejn xi ftit ħallathom flimkien. Dan l-istil jinkludi fih ħafna mid-daqqiet tat-Taekwondo però jenfasizza ħafna fuq il-qbid u l-ħelsien mill-avversarju.

    Kwanjamnim Vella mexxa diversi sezzjonijiet fid-dixxiplina tat-Taekwando bl-għan ewlieni li jipprepara aħjar lil dawk il-kandidati li kienu se jagħmlu l-eżami taċ-ċinturin iswed nhar il-Ħadd, 27 ta’ Mejju. Il-kandidtati li għaddew b’suċċess kienu:

    Nicky Azzopardi – 2nd Dan


    Luke De Marco – 1st Poom


    Duncan Munro – 1st Poom

    Il-kompetizzjoni tal-Poomsae li saret nhar is-Sibt kellha rebbieħa dawn li ġejjin:

    Emvin Missed – Category Senior C


    Rachel Mifsud – Category Pewee C


    Joel Genuis – Category Junior A


    Marie Claire Bonanno – Category Senior A

    Dawk kollha li għandhom interess li jsiru jafu iktar dwar it-Taekwando għandhom jiktbu fuq info@mtf.org.mt jew iċemplu fuq 9926 5439

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0