Wirja qalbiena mhux biżżejjed

  • Ott 14, 2015 08:56
  • Miktub minn 1

    Wirja qalbiena mit-team nazzjonali Malti ma kinitx biżżejjed biex il-Maltin jiksbu riżultat pożittiv kontra l-qawwa Kroata, hekk kif huma sfaw megħluba minn dan it-team mimli stilel bl-iskor minimu ta’ 1-0. B’hekk meta wieħed iqis ir-rebħa ta’ 2-1 tal-Italja kontra n-Norveġja, il-Kroati temmew fit-tieni post ta’ Grupp H biex b’hekk kisbu kwalifikazzjoni diretta għal Euro 2016 flimkien mal-Italja, li spiċċaw l-impenji tagħhom f’dan il-grupp fl-ewwel post, bin-Norveġiżi jkunu kostretti li jilagħbu l-play-off ta’ kwalifikazzjoni.

    Kienu l-Kroati li ħolqu lewwel azzjoni perikoluża wara għaxar minuti logħob meta xutt angulat tal-attakkant Nikola Kalinic għadda ftit għoli. Lanqas kienu għaddew żewġ minuti li l-Kroati ma reġgħux ħolqu l-periklu, meta xutt ta’ Ivan Perisic għadda ftit barra.

    Il-Maltin irrispondew għall-ewwel darba fi t-13-il minuta permezz tal-captain Roderick Briffa, li ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda għadda għoli minn fuq il-lasti difiżi mill-goalkeeper Kroat, Danijel Subasic.

    Fil-21 minuta, il-Maltin ipprotestaw għall-penalty meta deher li kien hemm kuntatt fi l-kaxxa bejn il-goalkeeper

    Danijel Subasic u Alfred Effiong, iżda r-referee Ingliż, Mark Clattenburg, ħalla l-logħob għaddej. Fit-22 minuta, daqqa ta’ ras ta’ Ivan Perisic għaddiet ftit barra, bil-goalkeeper Malti Andrew Hogg jidher kemxejn żbilanċjat.

    Tliet minuti biss wara, il-Kroati fetħu l-iskor permezz ta’ xutt minn ġol-kaxxa ta’ IVAN PERISIC, bil-ballun jiġi mxellef għal ġewwa mid-difensur Malti Steve Borg.

    Il-Kroati komplew fuq loffensiva u man-nofs siegħa logħob setgħu faċilment irdoppjaw meta l-midfielder Ivan Rakitic għadda tajjeb lejn Marko Pjaca li ra x-xutt angulat tiegħu jgħaddi ftit għoli.

    Il-Maltn ħolqu lewwel azzjoni perikoluża fid-49 minuta meta xutt potenti ta’ Clayton Failla, eżatt minn barra l-kaxxa, ġie milqugħ minn Danijel Subasic mingħajr wisq diffikultà.

    Il-Kroati rrispondew fit-58 minuta meta minn cross fil-baxx għan-nofs ta’ Marko Pjaca, id-difensur Malti Joseph Zerafa ddevja l-ballun, b’Ivan Perisic ma jirnexxilux jagħmel kuntatt mal-ballun għal ftit.

    Fil-65 minuta, Andrè Schembri għadda tajjeb lejn Alfred Effiong, li avvanza tajjeb iżda l-goalkeeper Danijel Subasic kien pront u ħareġ tajjeb biex interċetta l-ballun minn fuq l-attakkant Niġerjannaturalizzat Malti.

    MALTA: 1-Andrew Hogg, 3-Joseph Zerafa, 5-Andrei Agius, 7-Clayton Failla, 8-Roderick Briffa (6-Paul Fenech 79),, 11-Rowen Muscat, 13-André Schembri (10-Andrew Cohen 90),, 15-Steve Borg, 18-Bjorn Kristensen, 19-Alfred Effiong, (9-Michael Mifsud 75),, 22-Zach Muscat. Coach: Pietro Ghedin

    KROAZJA: 23-Danijel Subasic, 4-Ivan Perisic, 5-Vedran Corluka, 7-Ivan Rakitic (14- Marcelo Brozovic 77),, 8-Marko Pjaca (18-Ivica Olic 83),, 11-Darijo Srna, 16-Nikola Kalinic (9-Andrej Kramaric 60),, 19-Milan Badelj, 20-Mateo Kovacic, 21-Domagoj Vida, 22-Josip Pivaric. Coach: Ante Cacic

    REFEREE: Mark Clattenburg (Ingilterra),

    ASS. REFEREES: Stephen Child, Michael Salisbury (Ingilterra),

    RABA’ UFFIĊJAL: Michael Mullarkey

    SKORERS: I. Perisic 25 (K),

    AMMONITI: M. Badelj, I. Perisic (K),; C. Failla (M),

    ATTENDENZA: 5,825

    (Ritratt: Christine Borg),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0