L-ewwel rekord nazzjonali għal Amy Micallef

  • Lul 13, 2012 14:37
  • Miktub minn

    Amy Micallef, fl-età tenera ta’ 14-il sena, wettqet l-ewwel rekord nazzjonali tagħha fil-Breaststroke fit-tlielaq tal-200m waqt l-attività sportiva tal-logħob tal-FISEC.

    Hija ġabet ħin ta’ 2.44.32, 3.26 sekondi qabel ir-rekord imwettaq minn Michaela Millo x-xahar li għadda. Dan is-suċċess għeleb ukoll ir-rekord tal-Age Group C b’aktar minn ħames sekondi, li Amy stess kienet wettqet waqt l-Easter International fix-xahar ta’ April li għadda.

    Sadanittant Neil Muscat reġa’ naqqax ismu fil-kotba tar-rekords nazzjonali meta mpruvja tnejn mir-rekords tiegħu tal-Age Group C. L-ewwel kiser ir-rekord tal-100m Backstroke b’ħinijiet ta’ 1.04.01 u 1.03.7. Huwa wettaq l-istess suċċess fil-50m Backstroke b’ħinijiet ta’ 29.51 u 29.16.

    Ta’ min jgħid li ż-żewġ għawwiema huma mħarrġin minn Gail Rizzo.

    Dan jawgura tajjeb ħafna għall-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm li se jiġu organizzati bejn id-19 u l-21 ta' Lulju fil-Kumpless Nazzjonali tal-Għawm, fejn dawn iż-żewġ għawwiema se jipprovaw minn kollox biex jerġgħu jnaqqxu isimhom fil-kotba tar-rekords nazzjonali tal-għawm.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook