Attenti mix-xemx!

  • Lul 13, 2012 14:09
  • Miktub minn

    Iċ-Ċerpersin tal-għaqda volontarja tad-drittijiet tat-tfal Celebrities for Kids (CfK), Dr Chris Fearne ħabbar dalgħodu t-tnedija tar-raba’ vidjow edukattiv mis-CfK. Dr Fearne kien qiegħed jitkellem waqt attività fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa. Bis-sehem ta’ Moira Delia, il-vidjow – bl-isem ta’ “Attenti mix-xemx!” – jagħti pariri dwar kif għandna nipproteġu lil uliedna mir-raġġi sħan tax-xemx. Fil-fatt xemx żejda tista’ tagħmel ħsara fit-tul lis-saħħa tat-tfal tagħna. Ir-raġġi UV jistgħu jagħmlu ħsara lill-ġilda – billi jxejħuha qabel il-waqt u billi jżidu r-riskju tal-kanċer; lill-għajnejn – billi jistgħu jwasslu għall-iżvilup tal-katarretti u lis-sistema immunoloġica – billi jħallu t-tfal aktar suxxettibbli għall-mard.

    Dr Fearne fisser kif l-inċidenza tal-melanoma f’Malta rdoppjat f’dawn l-aħħar 25 sena. Huwa stmat li f’90% tal-kanċer tal-ġilda, ix-xemx, speċjalment fuq ġilda ta’ età żgħira, tista’ tkun kontributorja.

    Għalhekk huwa rakkomandat li nużaw ‘sunblock’ b’fattur għoli, inlibbsu lit-tfal nuċċali tax-xemx u lbies protettiv u fuq kollox nevitaw ix-xemx taħraq ta’ wara nofsinhar.

    Dalgħodu f’Birżebbuġa volontieri tas-CfK ingħaqdu ma’ studenti Universitarji mill-Malta Pharmaceutical Students’ Association u mill-kaptin tat-tim nazzjonali tal-futbol Micheal Mifsud biex qassam ‘sunblock’ lit-tfal li kienu qed jgħumu fil-bajja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0