Ross bl-ispinaċi u l-faqqiegħ

  • Set 22, 2015 06:39
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    200g spinaċi

    2 basliet

    2 sinniet tewm

    150g faqqiegħ

    bastun kannella

    1 cardamon pod

    2 msiemer tal-qronfol

    qoxra maħkuka u meraq ta' nofs lumija

    250g ross

    melħ u bżar jekk trid

    500ml stokk

    ġobon maħkuk biex isservi

    Metodu:

    Qalli l-basal imqatta' rqiq u t-tewm mgħaffeġ f'mgħarfa żejt taż-żebbuġa sakemm il-basal jirtab. Żid il-faqqiegħ, il-bastun kannella, l-imsiemer tal-qronfol, u l-cardamon imfarrak, u sajjar għal ftit minuti. Imbagħad żid ir-ross u l-qoxra maħkuka ta' nofs lumija. Ħawwad, imbagħad żid l-istokk. Għatti u sajjar fuq nar moderat għal bejn 15 u 20 minuta sakemm il-likwidu jkun assorbit. Ħawwad u żid l-ispinaċi u l-meraq ta' nofs lumija. Għatti bl-għatu u sajjar għal 5 minuti oħra fuq nar baxx ħafna. Servi immedjatament bil-ġobon maħkuk.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0