Torta tal-lewż bla zokkor u bla butir

  • Set 18, 2015 06:52
  • Miktub minn
"

    Din ir-riċetta tradizzjonali Maltija għamiltha fuq it-televiżjoni meta ġie jżurni Anton Dougall. Hija riċetta tiegħu imma adattajta biex minflok il-butir fl-għaġina għamilt żejt taż-żebbuġa u fil-milli neħħejt iz-zokkor u użajt Stevia minflok.

    Ingredjenti:

    (Għaġina bl-irkotta u ż-żejt taż-żebbuġa),

    500g dqiq plain

    100g irkotta

    50ml żejt taż-żebbuga

    bajda

    vanilla

    qoxra ta' lumija

    (Mili),

    600g irkotta

    100ml yoghurt

    200g lewż mitħun

    120g stevia

    100g konfettura

    75g lewż imqatta'

    60g ċirasa

    ftit lewż għall-wiċċ

    3 bajdiet

    qoxra ta' lumija u larinġa maħkuka

    Metodu:

    Poġġi l-irkotta ġo skutella kbira u ħallat il-yoghurt. Ħallat sakemm il-konsistenza tiġi kremuża. Żid l-stevia, il-lewż mitħun u l-qxur tal-lumi u larinġ. Żid il-konfettura u ċ-ċirasa. Ħallat u żid il-bajd.

    Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Iksi dixx tat-torti bl-għaġina. Taqqab l-għaġina billi tuża furketta. Aħmi fil-forn għal 15-il minuta. Oħroġha mill forn u ħalli l-għaġina tiksaħ. Ixħet il-mili u żejjen il-wiċċ bil-lewż. Aħmi għal 35 minuta b' temperatura ta' 160 grad Celcius u ħalliha tiksah qabel ma sservi.

    Din ir-riċetta xxandret fil-programm ta' Lea Hogg 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Ritratt: Gino Galea

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0