Brioche mingħajr butir

  • Set 17, 2015 06:52
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:



    500g dqiq


    pakkett ħmira niexfa (sachet),


    niskata melħ


    2 mgħaref zokkor


    3 bajdiet

    
2 reċipjenti yoghurt (250 ml),

    200g frott niexef (jekk trid),

    Metodu:

    Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien. Ħawwad u jkollok għaġina li twaħħal. Jekk se tuża l-frott niexef żidu issa. Poġġi ġo skutella kbira tal-plastik jew ħġieġ u iksiha b'sarvetta nadifa. Ħalliha ġo post f'temperatura ambjentali għal lejl.

    Filgħodu saħħan il-forn għal temperatura ta' 170 grad Celcius. Idlek muffin tin jew muffin cases bil-butir. Poġġi ftit dqiq fuq idejk u rembel it-taħlita fi blalen. Poġġihom fil-muffin tin jew paper cases. Ħallihom joqogħdu għal nofs siegħa u aħmi fil-forn għal 20 minuta.

    Meta toħroġhom dellikhom ħafif bi ftit għasel sħun jew bi ftit ħalib u zokkor (kwart ta' kikkra ħalib u 2 mgħaref zokkor),. Tista' wkoll tidlek b'bajda mħabbta qabel ma ddaħħalhom fil-forn.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2