L-ewwel l-“I like”... issa l-“I want”

  • Lul 13, 2012 12:41
  • Miktub minn

    Minn żmien għal ieħor, in-netwerk soċjali Facebook iħobb jagħmel xi tibdiliet biex jipprova jqanqal l-interess u l-kurżità ta’ dawk li jagħmlu użu minnu. Ċerti deċiżjonijiet jintgħoġbu filwaqt li oħrajn ma jkunux jistgħu jitniżżlu minn min jużah iżda maż-żmien jidher li kollox jindara.

    Fl-aħħar ġimgħat qed jingħad li l-ħsieb il-ġdid min-naħa ta’ Facebook hu li ssir buttuna ġdida apparti dik li kulħadd jaf biha, l-“I like”. Il-buttuna ġdida se tkun l-“I want”.

    Din il-mossa min-naħa ta’ Facebook hi intenzjonata li tagħti spinta fir-reklamar, hekk kif ikun hemm diversi kumpaniji li jagħmlu aktar reklami jew inkella jiftħu paġna personali fuqu ħalli n-nies ikunu jistgħu jagħfsu “I want” fuq il-prodotti tagħhom.

    Facebook ma ċaħadx u lanqas ikkonferma dawn ix-xnigħat iżda qal li qegħdin jagħmlu bosta esperimenti biex jipprovaw itejbu l-esperjenza tan-nies fuq dan in-netwerk soċjali. Kulma nistgħu nistennew u naraw!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0