Kejk tal-kafè u l-ġewż

  • Set 15, 2015 06:44
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti:

    150g dqiq self raising

    kuċċarina baking powder

    nofs kuċċarina bikarbonat

    125ml yoghurt

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    3 bajdiet

    120g zokkor jew ekwivalenti stevia

    mgħarfa trab tal-kafè espresso instant

    50g ġewż imqatta' fin ħafna

    nisktata noċemuskata

    ftit qtar vanilla

    8 nofsijiet tal-ġewż għall-wiċċ qabel ma taħmi

    Metodu:

    Ħallat il-bajd, il-yoghurt, il-vanilla u ż-żejt taż-żebbuġa ġo skutella. Għarbel id-dqiq. Żid il-baking powder u l-bikarbonat, il-kafè, in-noċemuskata u l-ġewż imqatta'. Ipprepara landa tal-kejkijiet ta' 23ċm midluka bi ftit butir. Żid it-taħlita tad-dqiq mal- ingredjenti likwidi. Żejjen il-wiċċ bil-ġellewż.

    Aħmi f'temperatura ta' 160 grad Celcius għal 40 minuta. Wara nofs siegħa ċċekkja l-kejk imma tiftaħx il-forn qabel.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0